Filmat li tpoġġa minn paġna fuq Facebook juri sewwieq ta’ van jaqbeż vettura oħra bil-konsegwenza li fuq l-karreġġjata l-oħra kien ġej vann ieħor u spiċċa għadda bi kexxun minn bejn il-vann u vettura oħra.
Kienu bosta li kkritikaw din id-deċiżjoni li ttieħdet mis-sewwieq tal-vann, deċiżjoni li seta’ kellha konsegwenzi koroh ħafna hekk kif setgħet twassal għal inċident serju.
Il-filmat ittieħed minn kameras li tweħlu ma’ vettura minnhom li kienet qed tinstaq bejn il-vann li qabeż u l-vetturi l-oħra li bejniethom għadda kexxun il-vann.
Il-paġna kitbet kif dan il-filmat ntbagħat lill-Pulizija wara li bosta ħeġġew lil sid il-filmat biex jagħmel proprju dan.