Xufier ta’ vann jgħoddha wara li l-vann li kien qed isuq ħa n-nar. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofinhar vann ħa n-nar fl-inħawi ta’ Pindergarden f’San Ġiljan.
Fortunatament ix-xufier ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli ma sofra l-ebda ġrieħi.
In-nirien ġew ikkontrollati minn ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.