Għat-tieni ġurnata infila, l-uffiċju metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta joħroġ twissija ta’ riħ qawwi fuq il-gżejjer Maltin b’mod speċjali fuq inħawi esposti għar-riħ.
Dan ir-riħ huwa mifhum li ġej mill-Majjistral u din it-twissija maħruġa mill-uffiċju Metereoloġiku għandha tibqa’ fis-seħħ sas-6 tal-lejla.