Fil-ħin tal-mistoqsijiet tal-lejla, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ta tweġiba f’waqtha lil Kap tal-Oppożizzjoni meta kien mistoqsi dwar il-kuntratt ta’ konsulenza ta’ Lawrence Cutajar.
Il-Ministru Camilleri aċċenna l-Gvern temm b’effett immedjat il-kuntratt ta’ konsulenza tas-Sur Lawrence Cutajar wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti, fejn formalment sar magħruf li s-Sur Cutajar qed jiġi investigat.
Tenna li l-konsulenza ta’ Lawrence Cutajar kienet diġà ġiet sospiża meta fil-Qorti saru allegazzjonijiet li s-Sur Cutajar ċaħad.
Byron Camilleri rrimarka li huwa bħala Ministru ma jidħol fl-ebda investigazzjoni u saħaq li l-pulizija għandha tinvestiga mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd.