Lyndsay Pace, il-kantanta li ħadet sehem f’diversi festivals lokali kif ukoll internazzjonali u kisbet nominazzjonijiet prestiġjużi se tkun qedha toħroġ lewwel album tagħha “Dopamine” li jinkudi 12-il silta mir-repertorju tagħha fuq stil pop b’kollaborjazzjoni ma’ Highkey Music tal-Ingilterra. Hija filfatt għadha kif nediet riċentament single ġdida “Trippin’ b’ħoss modern u vibranti flimkien ma’ vidjow mużikali fuq stil ta’ animazzjoni.

“Inħoss li kontinwament qed insib lili nnifsi fil-mużika u dejjem nagħmel mill-aħjar biex nippreżenta ruħi b’mod professjonali. Tgħallimt li l-aktar ħaġa importanti hi li dejjem trid temmen fik innifsek u qatt ma tħalli lil ħadd jaqtalek qalbek biex jinkiseb dak li trid fil-ħajja. Dan huwa l-messaġġ tal-kanzunetta l-ġdida tiegħi għaliex finalment kull individwu huwa uniku bil-mod tiegħu”.
LYDSAY PACE

Lyndsay tispira ruħha minn diversi artisti ta’ ġeneri differenti u tinfluwenza ruħha l-iktar minn esperjenzi personali. Lyndsay bħalissa qedha tkanta f’diversi avvenimenti mużikali u tħobb iżomm ruħha attiva kemm jista’ jkun biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha.
Segwi hawn il-vidjow mużikali tal-kanzunetta Trippin: