Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri żewġ persuni fuq pallet miġbudin minn karozza fit-triq.
Il-filmat jidher li huwa miġbud f’Malta ftit tax-xhur ilu.
Il-filmat juri karozza għaddejja b’ċertu veloċità fi triq billejl.
Il-pjattaforma soċjali TikTok żiedet nota fejn qed tavża lis-segwaċi ta’ dan il-filmat li l-azzjoni li tidher f’dan il-filmat tista’ twassal biex persuna tweġġa’ serjament.