Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kienu involuti f’argument fi stabbiliment f’Paceville, li fih kienu involuti 50 persuna. Dawn huma Libjan ta’ 34 sena, Libjan ta’ 33 sena u Irlandiża ta’ 36 sena.
Madwar siegħa wara l-bidu ta’ sena ġdida, il-pulizija ġew infurmati li seħħ argument fi stabbiliment li jinsab fi Triq Gort f’Paceville.
Filmati juru kif numru ta’ karozzi tal-pulizija waslu fuq il-post biex minnufih bdew jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Minnufih jidhru numru ta’ persuni u pulizija jduru ma karozza ta’ persuna li prova jitlaq minn fuq il-post.
Persuni jidhru jagħtu bis-sieq il-karozza u persuna tinstema’ tgħajjat ‘Iftaħ iftaħ’. Jidher li anke tkissret il-ħġieġa tat-tieqa tan-naħa tal-passiġġier tal-karozza. Huwa maħsub li saħansitra ntużaw tasers sabiex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni.
Aktar tard tliet persuni ttieħdu l-isptar għal aktar kura.
Kelliem għall-Pulizija qal lil one.com.mt li xi persuni qegħdin jiġu mitkellma mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/01/bil-filmat-zewgt-irgiel-arrestati-brabta-ma-glieda-li-sehhet-fil-belt/