Minn ġewwa l-binja ta’ Dar Bjorn il-ġdida f’Ħaż-Żebbuġ, Glen Vella nieda verżjoni ġdida u differenti ta’ ”Ħarsa Biss”, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika, festival kanzunetta Maltija. F’din il-verżjoni l-ġdida lil Glen narawh akkumpanjat minn Gaia, Giada u Jasmine.
Ħarsa Biss hija kompożizzjoni ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia. L-arranġament vokali għal din il-verżjoni kien f’idejn il-kantant innifsu Glen Vella u l-vuċijiet ġew irrekordjati fl-istudjos ta’ Wicked & Loud, filwaqt li l-mix u l-arranġament mużikali kienu f’idejn il-kompożitur Philip Vella. Il-vidjow mużikali ġie miġbud f’Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, fejn bħalissa qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex titlesta u tkun tista’ tibda tilqa’ individwi bil-kundizzjoni tal-ALS u mard ieħor.
Segwi dan il-filmat u ara x’taħseb minn din il-verżjoni.
Dawn il-kantanti huma bravi mmens li għaqdu l-vuċijiet sbieħ tagħhom biex wasslulna verżjoni mill-isbaħ ta’ Ħarsa Biss. Kanzunetta li ħafna jassoċjaw magħha, b’mod partikolari koppji ġodda li dan is-sajf, f’bosta tiġijiet ippreferew li jiżfnu magħha għall-ewwel żifna tagħhom
F’dan il-filmat, tista’ tara l-erba’ kantanti ‘acapella’