Mhux minnu li t-tkabbir ekonomiku qiegħed jikber minħabba li l-popolazzjoni ta’ pajjiżna qed tikber iżda minħabba l-ħolqien tax-xogħol.
Sostna dan il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Universita’ ta’ Malta l-Professur Philip Von Brockdroff b’reazzjoni għal bosta rapporti li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna qed jikber minħabba l-imigrazzjoni.
Dan imur kontra kull ħaġa li qal l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fl-aħħar jiem, fejn sostna li l-Gvern qed iġib lill-ħaddiema barranin biex isostni l-ekonomija.
“Ħafna diskors li qed jintqal li t-tkabbir ekonomiku ġej minħabba l-popolazzjoni qed tikber u ġejjin ħafna nies min barra. Qed jiġu min barra għaliex hawn ix-xogħol u x-xogħol qed jinħoloq minħabba investiment u konsum akbar etc.. Iġifieri jekk ma jkunx hawn ħolqien ta’ xogħol il-ħaddiema ma jiġux.”
F’post fuq il-midja soċjali Von Brockdorff qal ‘The main determinant of migration is employment opportunity, mainly in the private sector and so the argument that the increase in Malta’s population including migrant population is government-induced is neither here nor there.’
Huwa fakkar li jekk tara l-kwistjoni tal-qgħad f’Malta qegħdin f’livell massimu ta’ impjiegi.
“Kemm bħala investiment b’mod speċjali mill-privat u anka mill-konsum iġifieri dak li nikkonsmaw hemm zieda kemm fl-investiment u kemm fil-konsum qed iwassal biex ovvjament jinħlqu postijeit tax-xogħol u opportunitajiet ta’ xogħol mhux biss għal Maltin izda ghall-barranin ukoll, ghax m’hemm bizzejjed Maltin biex jimlew dawn il-vakanzi li qed joholqu prezentament.”
Il-Professur Philip Von Brockdorff faħħar l-inizjattivi u l-kundizzjonijiet li qed joħloq il-Gvern preżenti biex jattira aktar investiment barrani filwaqt jissimplifika.
“Kull invesiment jiġi f’Malta għax hemm kundizzjonijiet biex isiru dan l-investiment. Il-kundizzjonijiet jinħolqu mill-Gvern u aġenziji tal-Gvern biex jiffaċilita l-investiment. Mingħajr infrastruttura biex ngħidu hekk il-faċiltajiet biex isir l-investiment inkella l-investiment ma jasalx.”
Huwa kellu aħbar pożittiva hekk kif jidher li dan it-tkabbir għas-sena li ġejja se jkompli għaddej.
“Żgur li għas-sena li ġejja jidher ukoll li se jkollna rittmu ekonomiku qawwi ukoll li ovvjament jattira aktar ħaddiema minn barra, imma jattira ħaddiema minn barra għax qed jinħolqu l-postijiet tax-xogħol għaliex kieku ma jiġux.”