Mijiet ta’ dilettanti tal-muturi ngħaqdu mal-Kuntistabbli Simon Schembri għall-ewwel ‘Bikeride’ organizzata mill-‘Malta Police Blue Beacon Bikers’ fi ħdan il-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light bit-tema RISPETT.
Membri mill-Korp tal-Pulizija, l-armata, il-Protezzjoni Ċivili u l-uffiċjali tal-Faċilita korrettiva, flimkien mas-servizzi mediċi ta’ emerġenza flimkien mal-pubbliku ltaqgħu quddiem il-garaxx tal-Pulizija.Minn hemm irħewla għal dawra ta’ siegħa u nofs madwar pajjiżna li ntemmet f’’Open day’ tal-Korpi Dixxiplinati.
Seba’ xhur wara l-attentat fuq ħajtu, Simon Schembri, li m’għadux jista’ jsuq il-mutur, rikeb ma’ kollega tiegħu u ngħaqad ma dawk li attendew.
Schembri spjega kif “Reġgħet qed tiġini n-namura lejn il-mutur, xi ħaġa li ilha nieqes minnha kemm ilu li ġara l-każ.”
Ma’ ONE News huwa qal kif qed jara progress f’saħħtu u kif qed jieħu l-ħajja jum, b’jum
Huwa kellu appell għad-dilettanti tal-muturi.
Simon Schembri appella biex “kulħadd ikun moħħu hemm, speċjalment fix-xita u filgħodu kmieni. Kif ukoll ma nixorbux meta nsuqu”
Fost id-dilettanti li ħadu sehem f’din il-‘Bike Ride’ kien hemm il-Kap Kmandant tal-Armata l-Brigadier Jeffrey Curmi.
Il-Kap Kmandant AFM Jeffrey Curmi qal li “Nipparteċipa u nħajjar lin-nies bħas-suldati, li hawn numru sostanzjali li għandhom mutur biex jiġu jipparteċipaw f’xi ħaġa nobbli bħal din”
Minkejja li tal-muturi mhux dilettant, id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emmanuel Psaila xorta waħda kien preżenti, u sostna l-appoġġ lid-diversi entitajiet.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Emanuel Psaila qal kif “Speċjalment lil Blue Light Foundation li ntuha l-appoġġ għax iffurmata mill-Korpi Dixxiplinati”
L-istess għamel il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li fil-bidu ta’ Diċembru kellhu messaġġ għaż-żminijiet ta’ festi.
Fost oħrajn għall-iżjed attenzjoni fit-toroq dan sabiex ngħaddu l-festi mingħajr inċidenti.
Il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar qal li “ġejjin żminijiet iebsin għall-membri tal-korp, speċjalment għal dawk li se jkunu xogħol fil-ġranet tal-festi, nagħmlilom kurraġġ jafu li hemm jien u l-amministrazzjoni tal-korp u nirringrazzjom ta’ dak kollhu li għamlu matul is-sena”
Il-fondi miġbura f’din l-attività marru għall-fondazzjoni Simon Schembri li tgħin uffiċjali li jkollhom bżonn l-għajnuna.