Tnediet il-kanzunetta Siġġu Vojt mill-grupp mużikali The Travellers.
Kanzunetta li nħolqot bħala parti minn kampanja ta’ għarfien ta’ Don’t Drink and Drive b’kollaborazzjoni ma’ Trasport Malta.
Kienu bosta li faħħru din l-inizzjattiva li hi waħda aktar moderna biex twassal messaġġ lis-soċjetà, b’mod partikolari dawk li huma ġenerazzjonijiet iżgħar.
Il-kanzunetta nħolqot apposta biex tqajjem aktar kuxjenza kontra s-sewqan taħt l-effett tax-xorb speċjalment fi żmien il-festi.