L-Universita’ ta’ Malta lestiet it-tieni fażi t’investigazzjonijiet ġeofiżiċi bejn Malta u Għawdex sabiex jiġi stabbilit il-mudell ġeoloġiku taż-żona li fuqu ser ikun ibbażat id-disinn tal-mina.
Għat-tieni fażi tal-investigazzjonijiet l-Universita’ ta’ Malta se għamlet bathymetric mapping taż-żona u l-karatteristiċi ġeoloġiċi ta’ taħt il-baħar. Intuża multi-beam echo-sounder u sub-bottom profiling. Ir-riċerkaturi użaw frekwenzi iktar għoljin biex b’hekk iffurmaw mappa tridimensjonali dettaljata ta’ qiegħ il-baħar.
Fit-tielet fażi,ir-riċerkaturi se jużaw boreholes, li se jinżlu sa 200 metru taħt qiegħ il-baħar, biex jiddeterminaw il-konsistenza ġeoloġika taħt l-ilma.