Għaxar persuni sofrew ġrieħi ħfief wara li ħuġġieġa splodiet waqt festival Lhudi f’Londra.
Servizz mediku ta’ emerġenza bl-isem Hatzola, li jaħdem fuq bażi volontarja qal li pprovda grupp ta’ nies sabiex jassistu fl-attivita li saret f’Stamford Hill.
Il-Pulizija Metropolitana qalet li ma kienx hemm rapport ta’ ġrieħi serji jew allegazzjonijiet kriminali.
Għadu mhux ċar x’ikkawża l-isplużjoni, għalkemm hemm rapporti li fjuwil treffagħ fil-ħuġġieġa, filwaqt li oħrajn qed jgħidu li ntefa minn tal-inqas mowbajl wieħed fin-nar.