Is-Sibt filgħodu, il-Qriema taw l-aħħar tislima lis-Sindku maħbub tagħhom, Renald Falzon. Huwa miet il-Ġimgħa fl-età ta’ 46sena fl-Isptar Mater Dei, wara li kien ilu jissielet kontra l-Covid-19 għal diversi jiem.
L-aħħar tislima lis-Sindku bdiet b’korteo, quddiem is-soċjetajiiet mużikali tal-lokalità. Preżenti kien hemm rappreżentanti biex
Preżenti kien hemm il-Kunsill Lokali, l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, is-Soċjetà Filarmonika Pinto San Sebastjan u l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.
Il-korteo waqaf quddiem il-każin tal-Partit Laburista ta’ din il-lokalità, fejn sellmu l-memorja tiegħu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.
Falzon ingħata tislima wkoll quddiem il-Knisja ta’ San Sebastjan, u ngħata salut mill-kamra tan-nar ta’ San Bastjan.
Minn hawnhekk saret quddies fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri, li ġiet ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna. Hawnhekk tfakkar ukoll missieru, Carmelo, li miet ftit ilu.
Waqt l-omelija, Monsinjur Scicluna qal kif Renald kien bniedem li jgħin lil kulħadd mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd.
Huwa stqarr: “Illum irrid insellem il-figura sabiħa ta’ Renald, leader f’dan ir-raħal għażiż, li kien kapaċi jħares lejn kull wiċċ, mingħajr ma jħares lejn l-uċuħ u intom tifhmu x’qed ngħid. Kien qaddej ta’ kulħadd.”
Bosta Qriema mbikkma wrew sogħba għat-telfa ta’ bniedem li din l-aħħar sena ħadem fl-ogħla kariga fil-lokalità, fosthom Lucio Saliba.
Huwa qalilna: “Ħadem bħala sindku, ħadem minn qalbu, bla politika, iħobb il-kulħadd, ma jogħbod lil ħadd qas kien jaf jogħbod, qas jaf x’inhi l-kelma mibegħda. Dejjem ħabb il-lokalità tagħna, dejjem mingħajr daqq ta’ trombi, ħadem u rsista. Issa tlifna pillastru Ħal Qormi, m’għandniex kliem ieħor, ħlief grazzi ta kull m’għamel dawn is-sena u ħames xhur bħala Sindku.”
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/11/13/hal-qormi-jibki-wiehed-minn-uliedu-wara-t-telfa-tas-sindku-renald-falzon/