Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Ħal Safi, ingħatat l-aħħar tislima lil Christ Zahra ta’ 36 sena li miet traġikament fid-29 ta’ Settembru fil-Freeport.
Il-missier ta’ żewġt itfal żgħar tilef ħajtu traġikament meta għal xi raġuni kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter li kien fih.
Huma bosta dawk li nġabru fil-pjazza ta’ Ħal Safi, sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Zahra. Fost dawn kien hemm diversi ħaddiema li kienu kollegi fuq il-post tax-xogħol.
Intant, il-Freeport għalqet temporanjament bejn nofsinhar u l-erbgħa ta’ waranofsinhar. Dan sabiex isellem it-tislima lil Christ Zahra, li ħareg sabiex jaqla’ l-hobża ta’ kuljum iżda sfortunatament ma reġax mar lura id-dar.