F’din l-iskeda l-ġdida ta’ ONE, Alfred Zammit u t-tim tiegħu jippreżentaw it-22 edizzjoni ta’ dan il-programm ta’ kuljum.
Kalamita, kien beda 21 sena ilu, fl-iskeda tal-ħarifa tas-sena tal-millenju, iġifieri f’Settembru tas-sena 2000.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn, sena wara sena, Kalamita dejjem kien fl-iskeda ta’ ONE.
Alfred Zammit, il-moħħ wara Kalamita jistqarr li l-kariżma li żamm man-nies matul is-snin u l-lealta’ lejn min isegwih, jagħmlu Kalamita popolari. Huwa jemmen li mhux it-televiżjoni jagħmlek personalita’, iżda kemm wieħed jagħti każ in-nies u jaħdem għal-ġid tagħhom. F’dawn is-snin kollha ta’ Kalamita jħoss li hu, għamel dan.
Iżda wara dawn is-snin kollha, tiftakar lil Alfred ikanta l-kanzunetta tal-ftuħ tal-programm? F’dan il-filmat, tista’ ssegwi l-ewwel ‘sigla’ ta’ Kalamita, lura fis-sena 2000.
Fil-bidu tat-22 staġun ta’ Kalamita, Alfred jammetti li meta beda Kalamita fis-sena 2000, l-ħsieb kien li jiffokka fuq l-ewwel staġun, iżda wara li ntemmet l-ewwel skeda għamel analiżi ta’ kollox u ddeċieda li jkompli. L-istess jagħmel wara kull tmiem ta’ skeda. Jistqarr li mhux kollox kien ward u zahar iżda jemmen li sakemm ikun b’saħħtu u jkollu l-fiduċja tan-nies, jibqa’ miexi ‘l quddiem.
F’dan il-filmat tista’ ssegwi ftit mill-ewwel skeda ta’ Kalamita, fis-sena 2000. Kemm kien differenti hux?