Minkejja li ta’ etá żgħira, tfal li għandhom biss sitt snin kienu emozzjonati ferm meta student li qiegħed fl-istess klassi magħhom u li għandu diżabilitá, telaq jimxi għall-ewwel darba.
Tispikka d-daħka fuq fomm it-tifel li seta’ jmur fejn sħabu u jimxi bħalhom, u li minkejja li ħaseb li qatt m’hu se jkun jista’ jimxi waħdu, irnexxielu jbiddel id-destin tiegħu.
Iċ-ċapċipa mill-qalb tal-LSA fuq wara tal-klassi iġiegħlna napprezzaw id-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom, li hija meqjusa bħala strumentali mill-ġenituri ta’ dawn it-tfal.