Ta’ kull sena tgħidilna li tinsab eċitata qabel tieħu dik l-ewwel qadfa iżda kull sena rnexxielha ttemm b’suċċess għawma twila kilometri sħaħ għal sigħat twal ta’ tertiq il-qalb.
Għall-kuntlarju ta’ snin oħra, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat din is-sena kienet milqugħa mix-xemx taqli l-ankri u mhux mewġ jibla’ l-art fi Swimathon li saret is-Sibt b’risq il-Fondazzjoni Marigold.
Din bdiet fid-disgħa ta’ filgħodu u baqgħet għaddejja sas-sebgħa ta’ filgħaxija, u l-pubbliku kien mistieden u jieħu sehem u jgħum maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni.
ONE News seraq mument ma’ Michelle Muscat, sekondi biss qabel dik l-ewwel qadfa. Hija qaltilna: “Inkun daqsxejn eċċitata bħalissa ovvjament. Dan nagħmluh aħna biex niġbru l-fondi ħalli dak ix-xogħol li aħna nagħmlu ma’ ħafna u ħafna nies ma’ ħafna NGOs li jeżistu. Hawnhekk anke l-voluntiera tagħna huma wkoll jew pazjenti b’mard rari jew atleti ta’ Special Olympics kulħadd. NGOs differenti li l-proġetti tagħhom nieħdu ħsiebhom u nixtiequ li fiż-żmien li ġej dawn ikomplu għaddejjin u jkomplu għaddejjin iġibu anki huma s-sapport u ukoll s-suċċessi tagħhom fl-oqsma differenti.”
Jaraw lis-Sinjura Muscat taqdef b’risq persuni b’mard rari fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa kien hemm diversi membri tal-pubbliku, voluntiera tal-fondazzjoni Marigold flimkien ma’ żewġha u wliedha.