Wara li lbieraħ ONE News staqsa lid-Deputat Nazzjonalista David Thake jekk jirtirax l-allegazzjonijiet li għamel li Adrian Delia ġie offrut jew ħa flus m’għand Yorgen Fenech biex David Casa ma jiġix elett fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, illum ONE News baqa’ jistaqsi dwar dan lil Thake.
Dan fl-isfond li din l-allegazzjoni għamilha wkoll Jason Azzopardi u spiċċa jibla’ kliemu.
Dalgħodu ONE News reġa’ staqsa dwar jekk hu jammettix li ma qalx il-verità u jirtirax l-allegazzjonijiet, b’Thake jibqa’ jinsisti li hu tkellem quddiem inkjesta Maġisterjali.
Thake, li l-allegazzjonijiet li kien għamel wasslu biex Delia tneħħa minn Kap u floku laħaq Bernard Grech, ħassu skomdu jwieġeb dwar il-leġittimità li għandu Grech, issa li Jason Azzopardi bela’ kliemu.