Tarbija ta’ sitt ijiem u Bulgara ta’ 28 sena li hija tqila ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn ħames karozzi, fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.
L-inċident li seħħ għall-ħabta tal-4:40 ta’ waranofsinhar. Meta seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet misjuqa mill-Bulgara ta’ 28 sena, flimkien ma’ karozza tal-għamla Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Mosta u karozza tal-għamla Ford Escort li kienet misjuqa minn raġel ta’ 59 mill-Mosta.
Dawn il-karozzi kellhom impatt ma’ żewġ karozzi li f’dak il-ħin kienu pparkjati, f’waħda minnhom kien hemm tarbija ta’ sitt ijiem li kienet tinsab ma’ raġel ta’ 25 sena.
Il-kundizzjonijiet tal-mara u t-tarbija għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Filmat: Marlene Dingli