Is-sens ta’ superjorità u arroganza fil-Partit Nazzjonalista, li fl-aħħar jiem kompla ġab il-kritika ta’ diversi fil-midja – inkluż eks Ministru Nazzjonalista – tant għandhom għeruq fondi li qed joħroġ anki f’xandiriet fuq is-servizzi tax-xandir tal-PN li jiffukaw fuq temi li mhumiex strettament politiċi.
Bħala eżempju ċar ta’ dan, waqt l-edizzjoni tal-bieraħ tal-programm Pjazza fuq ONE, il-preżentatur Karl Stagno Navarra wera silta minn xandira ta’ ġrajjiet kurrenti fuq Net TV li matulha ffukaw fuq tfal li jattendu skola l-isport tal-ibburdjar. Filwaqt li osservat li dan l-isport jiswa l-flus biex tipprattikah, il-preżentatriċi esprimiet l-iskantament tagħha għall-fatt li rat anki nies li ġejjin min-Nofsinhar ta’ Malta jieħdu sehem fih u jitgħallmuh.
Il-ġenituri li kienet qed tintervista dehru skomdi quddiem din il-mistoqsija, li tat l-impressjoni li hawn sport għan-nies tat-Tramuntana u sport ieħor għan-nies tan-Nofsinhar, u fakkruha li Malta hija gżira waħda.
Segwi hawnhekk il-parti ta’ Pjazza li ffukat fuq din it-tema:
Ritratt: improvesailing.com