Ħarġu sejħiet għal applikazzjonijiet għar-reklutaġġ ta’ suldati u uffiċjali kadetti mal-Forzi Armati ta’ Malta. Din hija parti mill-ħidma tal-Gvern sabiex aktar żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jagħżlu karriera militari.
F’filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta’ facebook tal-Forzi Armati ta’ Malta, żewġ suldati spjegaw li qabel daħlu għal dan ix-xogħol kienu jaħdmu f’settur differenti, b’wieħed mis-suldati jgħid li kien xufier ta’ inġenji kbar. Huma stqarru li d-dixxiplina kienet waħda mill-fatturi li attirathom biex jidħlu għal dan ix-xogħol u li jingħataw iċ-ċans li javvanzaw fil-karriera tagħhom.
Is-suldati ħeġġu lil dawk li huma interessati biex ma jaqtgħux qalbhom għaliex li tkun suldat mhux biss huwa xogħol iżda hija karriera.