Id-dilettanti tan-nar ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq ħarqu b’suċċess l-akbar ballun tan-nar fil-gżejjer Maltin.
Dwar dan one.com.mt tkellem ma’ Kevin Schembri, li huwa s-Segretarju tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina.
Fil-kummenti tiegħu huwa fisser kif dan l-attentat irnexxa u li r-rispons kien tajjeb ħafna. “X’ħin inħaraq il-ballun, ammont kbir ta’ nies li kienu l-Blue Grotto bdew iċapċpu u jifirħu magħna, dan ir-rekord imlina b’kuraġġ u sodisfazzjon.”
Meta mistoqsi dwar jekk hemmx xi pjanijiet fil-futur viċin, Schembri stqarr li għalissa se jkunu qed igawdu dan ir-rekord b’għożża u se jkunu qegħdin jippjanaw u jiddiskuti x’se jkunu qed jorganizzaw fil-futur.
FILMAT: Andre Xuereb