Għal sena oħra ġiet fi tmiema b’suċċess il-kampanja t’għarfien dwar il-marda tal-kanċer tas-sider “Pink October.”
F’lejla mżewqa b’divertiment, mijiet ta’ nies irrikorrew lejn attivitá f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan f’okkażjoni li matula ġiet imfakkra l-ħidma bla heda li saret biex jiżdied l-għarfien mal-pubbliku dwar il-kanċer tas-sider kif ukoll sodisfazzjon għall-flus li nġabru.
ONE NEWS ħa l-kummenti ta’ mart il-Prim Michelle Muscat, li f’dawn l-aħħar snin ħadmet biex jiżdied l-għarfien dwar il-kanċer. Hija esprimiet magħna s-sodisfazzjon għal mod kif il-poplu kull ma jmur dejjem qed jipparteċipa aktar fl-attivitajiet ta’ Pink October.