SterjoTipi hija band komposta minn erba’ mużiċisti li għandhom l-għan li jxerdu messaġġi diversi fuq is-soċjeta ta’ madwarhom u fuq il-ħajja nġenerali, permezz tal-mużika u l-lirika tagħhom li hija bil-Malti.
SterjoTipi ilhom jdoqqu flimkien minn Ottubru 2017. Madanakollu, minkejja li għaddew ftit xhur biss, SterjoTipi diġa ħarġu żewġ kanzunetti li ntalaw tajjeb ħafna mill-pubbliku Malti. L-ewwel kanzunetta illi ħarġu aktar kmieni din is-sena’ kien jisimha ‘BELTi’. Din l-ewwel kanzunetta titratta fuq ħsibijiet nostalġiċi tal-kantant Mark M Costa fuq il-Belt Valletta. L-istil li SterjoTipi rabtu ma’ BELTi kien wieħed kompletament differenti minn kif is-soltu jdoqqu din il-band. Il-kanzunetta BELTi toffri stil kontemporanju u partikolari – kif taf toffri wkoll il-Belt! SterjoTipi ħassew illi din is-sena kien iż-żmien opportun sabiex joħorġu din l-ewwel kanzunetta tagħhom sabiex jkomplu jżidu maċ-ċelebrazzjonijiet illi qed toffri l-V18 fuq dan ir-rigward.
Madanakollu, kif diġa ntqal, SterjoTipi ma’ waqfux ma’ BELTi, anzi din il-kanzunetta kien biss il-punt tat-tluq għal-din il-band. Filfatt f’Lulju ta’ din is-sena SterjoTipi ħarġu t-tieni kanzunetta tagħhom bl-isem ta’ ‘TABIB’ u kif ukoll ‘music video’ ġdid li akkumpanja lil din il-kanzunetta. ‘TABIB’ riedet twassal messaġġ b’saħħtu fuq dawk li huma maqbudin fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. B’’TABIB’ SterjoTipi xtaqu li juru lil-udjenza tagħhom illi kultant huwa tajjeb li tieqaf imqar għal-sekonda f’ħajtek sabiex taħseb fuq kif qed tgħix ħajtek. SterjoTipi jżidu illi l-aqwa ‘Tabib’ għalik innifsek huwa inti stess.
SterjoTipi jixtiequ jirringrazzjaw lis-segwaċi kollha tagħhom għas-sapport kontinwu tagħhom u jwedgħuhom aktar u aktar mużika fi żmien li ġej. Jekk tixtieq issir taf aktar fuq din il-band idħol fuq: http://facebook.com/sterjotipi/ jew inkella ikteb ‘SterjoTipi’ fuq Instagram jew inkella fuq YouTube.
Il-Band Sterjotipi se jkunu live fl-istudios ta’ ONE Radio flimkien ma’ Ephrom Tabone nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Awissu fil-programm Malta’s top 10.