Filmat li qed idur fuq facebook juri tliet tfajliet isawtu lil tfajla wara tilwima fl-MCAST. Kienu bosta l-kummenti fuq il-midja soċjali hekk dan il-filmat iqajjem numru ta’ mistoqsijiet kif l-amministrazzjoni tal-iskola kif ukoll is-security ta’ dan il-kulleġġ ma intervjenewx f’din il-ġlieda.
Studenti tal-MCAST li tkellmu ma’ one.com.mt spjegawlna li wara din il-ġlieda, nqalgħet ġlieda oħra, fejn l-istess tfajliet marru għal tfajla oħra li poġġiet dan il-filmat fuq facebook.
Nitkellmu ħafna dwar il-bullying fl-iskejjel, iżda wieħed jistaqsi, hawn biżejjed għarfien fost l-istudenti? Meta qed naraw filmat ta’ studenti li għażlu li jieħdu filmat flok jitolbu għall-għajnuna?