Lin-nies smajnihom u se nibqgħu nisimgħuhom dwar Wied il-Għajn.
Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar proġett propost ta’ marina fil-lokalità msemmija fejn semma wkoll il-fatt li l-art taż-Żonqor, li kienet prospettata għal żvilupp mill-Università Amerikana ta’ Malta, se tingħata lura lin-nies.
Dan il-fatt li ħabbru l-Prim Ministru lbieraħ filgħaxija fuq il-programm XTRA, għandu għax jagħti kuraġġ lill-Iskalin, spjega l-Prim Ministru.
Mal-ġurnalisti, il-Prim Ministru kien ċar u qal li ż-żoni tal-għawm f’Wied il-Għajn m’għandhomx jiġu mittiefsa filwaqt li ż-żoni li jintużaw mill-komunità wkoll m’għandhomx jintmessu.
Dr Robert Abela spjega kif hu, anki bħala resident f’Wied il-Għajn, jixtieq jara riġenerazzjoni taż-żona favur l-interessi tal-Iskalin.