Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech qed isibha bi tqila jiddistakka ruħu minn dak li qed tikteb is-sieħba tal-eks Kap Simon Busuttil.
Nhar il-Ħadd, Kristina Chetcuti kompliet bl-attakki tagħha.
Din id-darba ma kinitx fil-mira tagħha s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, imma l-Floriana.
Kristina Chetcuti ppolitiċċizzat proġett ambjentali propost għal Triq Sant’ Anna fil-Belt tal-Furjana.
Chetcuti insulentat lill-Furjaniżi wkoll u b’mod sarkastiku qabblitha mat-triq prinċipali ta’ Champs- Élysées li ta’ kuljum tkun mimlija karozzi u kummerċ bl-ammont ta’ turisti li tiġbed lejha.
Għal dan kollu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħassu skomdu jiddiżassoċja ruħu minn dik li appoġġjatu u s-sieħba ta’ dak li ħoloq fazzjoni li tellgħet lilu bħala Kap.
Min-naħa l-oħra, Adrian Delia, li l-fazzjoni tiegħu żgur ma tarax għajn m’għajn ma’ dik ta’ Simon Busuttil, mal-ewwel wera li ma qabilx ma’ dak li kitbet Kristina Chetcuti.
Deputat ieħor iddefenda lil Kristina Chetcuti.
Intant deputati Nazzjonalisti oħrajn dehru skomdi jwieġbu u bdew jgħidu li ma jafux bil-kitba ta’ Kristina Chetcuti li qajmet għagħ.
Deputati oħrajn ippruvaw jaħarbu mill-mistoqsija.