Il-Gvern se jkun qed jgħin li dawk in-nies li xtraw il-pannelli fotovoltajiċi fl-2010 biex jieħdu l-massimu tal-investiment li kienu għamlu hekk kif taħt Gvern Nazzjonalista kien hemm anomalija li l-feed-in tariff tagħhom tispiċċa wara sitt jew tmien snin.
Dan meta hu magħruf li l-pannelli jiġġeneraw l-enerġija għal madwar 20 sena u permezz tal-feed-in tariff, dawk li għandhom il-pannelli jieħdu rati vantaġġjużi b’rabta mal-ġenerazzjoni tal-elettriku.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli qalet kif dawk li kienu fuq skema tal-feed-in tariff li skadiet wara sitt snin, dan l-Gvern qed jagħtihom il-massimu tal-investiment li għamlu fil-pannelli u b’hekk se jibqgħu taħt din l-iskema għall-erbatax-il sena, filwaqt li dawk li Gvern Nazzjonalista poġġihom fuq skema għal tmien snin biss, dan il-Gvern se jżommhom taħt l-iskema għall-għoxrin sena, billi jagħtihom tnax-il sena oħra.
B’hekk dawn il-persuni li nvestew fil-pannelli u kienu fuq skema qasira taħt Gvern Nazzjonalista se jkunu bħal oħrajn li nvestew ukoll fil-pannelli se qed jieħdu l-massimu tal-investiment, li huwa ta’ għoxrin sena.