Il-mudella Jade Cini fetħet qalbha pubblikament waqt il-programm Awla fuq ONE dwar żewġ esperjenzi ta’ vjolenza domestika li hi għaddiet minnhom fil-passat. Jade Cini fil-preżent qed iġorr it-titlu ta’ Miss Universe Malta.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/16202454/JADE_CINI_2-819x1024.jpg)
Waqt il-programm Awla, hija qalet li l-ewwel waħda kienet psikoloġika. Seħħet f’relazzjoni preċedenti ma’ persuna li hi tiddiskrevih naċissista. Fit-tieni esperjenza, tirrakonta li kienet vjolenza fiżika minn relazzjoni oħra ta’ 3 xhur. F’dan il-każ, il-mudella tistqarr li saret taf li l-ġuvni tagħha kien qed jaqlibilha u għax riedet itemm ir-relazzjoni, spiċċat qalgħet daqqa ġo nofs rasha.
Segwi l-intervent ta’ Jade Cini waqt Awla f’dan il-filmat: