Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar meta mutur tat-tip Kymco Agility misjuq mil-vittma, Taljan ta’ 58 sena, ħabtet ma’ vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi
Ritratt+Filmati: Simeon Nechev