Xufier ta’ mutur ta’ 46 sena minn Ħ’Attard ġarrab ġrieħi ħfief wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tal-għamla Citroen Berlingo misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier tal-mutur tal-għamla Peugeot fuq il-post tal-inċident. Ix-xufier ittieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.
Kawża ta’ dan l-inċident kellhom jingħalqu żewġ karreġjati, fejn numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija u Transport Malta kkontrollaw it-traffiku.