Raġel ta’ tmienja u ħamsin sena mill-Marsa ittieħed l-isptar għall-kura wara li kmieni dalgħodu nqaleb bil-karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 a.m. fit-Triq Victor Denaro kantuniera ma’ Triq SS Caruana meta għal xi raġuni s-sewwieq li kien qiegħed isuq Toyota Vitz ħabat ma’ vettura tal-għamla Ford Transi misjuqa minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi.
Jidher li mad-daqqa, ix-xufier tal-Vitz tilef il-kontroll u nqaleb bil-karozza tant li spiċċat rasha ‘l isfel fuq il-bankina tan-naħa l-oħra tat-triq.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddhom għaddejjien.