Sewwieq ta’ trakk li għandu 59 sena minn Ħal Kirkop ittieħed l-isptar Mater Dei wara li tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li daħal f’ħajt u ġarrfu.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq li mar jissikka wajer fit-trakk u aljena ruħu għall-fatt li t-trakk kien fuq gear.
Xhieda fuq il-post qalu li minkejja r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza huwa ma jidhirx li sofra ġrieħi gravi. Għaldaqstant, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Remiġ Ħal Kirkop.