Frankie Falzon ta’ 40 sena minn Ħal-Qormi tressaq il-Qorti akkużat li ta’ fastidju, insulenta, hedded lis-sieħba tiegħu u li ikkaġuna lilha u lill-familjari tagħha biża li se tintuża vjolenza kontrihom.
Huwa ġie akkużat ukoll li kiser l-ordni tal-probation maħruġa mill-Maġistrat Grezio Mercieca fis-17 ta’Settembru 2017.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wissietu li din il-provokazzjoni tista’ twasslu għall-affarijiet b’konsegwenzi ikbar. Talbitu biex iżomm il-kalma u jiżen il-konsegwenzi.
Falzon ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, tat sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal tlett snin u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni