Sebat iklieb fosthom ħamest iġriewi, ġew ikkonfiskati minn sidhom f’residenza fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija meta membri mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali rrispondew għal rapport li kellu b’rabta ma’ din ir-residenza.
Ma’ ONE News, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, kkonferma din is-sejba fejn spjega kif dawn il-klieb ittieħdu mingħand is-sid u se jkunu qed ifittxu familja li lesta ttihom l-imħabba li tistħoqilhom.
Il-klieb instabu f’kundizzjonijiet xejn sbieħ – fil-ħmieġ u b’nuqqas ta’ ilma u ikel f’dawn il-jiem ta’ sħana.
Kull min hu interessat li jadotta kelb jew ġeru għandu jċempel lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali.