Minkejja li l-iljun hu meqjus bħala r-re tal-ġungla, xorta jiltaqa’ ma’ mumenti diffiċli fl-abitat tiegħu li jpoġġulu ħajtu f’riskju.
Għalkemm forsi narawh bħala annimal salvaġġ u ta’ periklu, xorta għandu qalb u meta jiġi għall-familja tiegħu dejjem ipoġġiha l-ewwel.
Filfatt f’filmat maqbud minn BBC iljun deher jiġi attakkat minn 20 jena li daruh sabiex joqtluh. Wara li bdew jigdmuh wieħed, wieħed, bl-iljun bl-isem ta’ Red deher li ma tantx kellu ċans jirbaħ kien hemm li feġġ raġġ ta’ tama.
Għalkemm prova kemm prova biex ikeċċihom, xorta ma rnexxilux iżda kien proprju fil-ħin li Tatu, il-kuġin ta’ Red, ġie jiġri jsalva lil Red bil-jenas jibżgħu u jitilqu jiġru.
Kif kollox mar lura għan-normal b’ebda periklu fil-madwar, impjegati ta’ BBC qabdu mument mill-isbaħ taż-żewġ kuġini jifirħu b’xulxin b’Red żgur mhux forsi beda jirringrazzjah li salvaw minn ħalq il-mewt.