Wara s-suċċess tat-tqassim tal-ewwel sett ta’ vouchers aktar kmieni din is-sena, is-Sur Paul Abela, President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqa’ li l-Gvern se jerġa’ jqassam il-vouchers lill-persuni kollha ‘l fuq minn sittax-il sena.
F’kummenti li ta lil ONE News Abela laqa’ wkoll il-fatt li l-Gvern se jkompli jassisti lin-negozji bil-Wage Suppliment. Hawnhekk Abela sostna li l-wage suppliment salva ħafna impjiegi u kif ukoll negozji. Is-Sur Abela esprima s-sodisfazzjon ukoll għaż-żieda fit-threshold tal-VAT minn €20,000 għal €30,000. Hawnhekk Abela sostna li din il-miżura se tkun qed tgħin mhux ftit lin-negozji Maltin u Għawdxin.