Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo ma eskludiex li joħroġ għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Fuq ix-xandir nazzjonali huwa ilmenta li lilu ma jsemmuhx u qal li qed jikkunsidra l-għażliet kollha.
In-nomini għall Kap tal-Partit Nazzjonalista fetħu wara li l-membri tal-Kunsill Ġenerali għażlu li ssir elezzjoni oħra għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
In-nomini huma miftuħa sa nhar it-Tnejn li ġej.