Anzjan ħelisha ħafif wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-żona tal-Magħtab.L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 fi Triq il-Kappella Santa Marija fiż-żona tal-Magħtab meta vettura tat-tip Lexus misjuqa minn raġel ta’ 72 sena għal xi raġuni kellha impatt ma’ kowċ.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-karozza l-isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni.