Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00 f’San Ġwann meta għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li kellu impatt mal-bankina.
Fuq il-post issejħet membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza fejn ħadet lix-xufier l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.