Raġel ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Ħaż Żebbuġ tard il-Ħadd filgħaxija. Huwa qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:00 meta karozza tat-tip Daihatsu Sirion ħabtet ma mutur tat-takeaway fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi f’Ħaż Żebbuġ, magħrufa aħjar bħala l-Benniena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur bil-ħeffa l-isptar Mater Dei għall-kura. Fuq il-post wieħed seta’ jinnota kif l-infermiera abbord l-ambulanza ħadu l-prekawzjonijiet kollha qabel ċaqilqu lis-sewwieq tal-mutur minn mal-art.