Raġel ta’ 32 sena min-Nadur Għawdex jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart fi Triq ta’ Xħajma.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li karozza tal-għamla Mitsubishi, li kien qed isuq ir-raġel, għal xi raġuni ħabtet ma’ siġra.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Filmat: Joseph Mercieca