Raġel iddaħħal l-isptar wara li ġġarraf saqaf li kien qed jaħdem fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kanonku Bonnici l-Ħamrun.
Ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lir-raġel mid-dar li mbagħad sar magħruf li ndarab ħafif.