Raġel ta’ 34 sena minn Ħal Qormi sofra ġrieħi ħfief wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5:50 tal-Ġimgħa filgħaxija f’Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi.
Fuq il-post immedjatament wasslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt jidher li qam argument meta l-vittma kien biż-żiemel. L-allegat agressur ħarab minn fuq il-post.
Iżda, wara investigazzjonijiet mill-Pulizija jidher li fl-aħħar sigħat irnexxielha tasal għas-suspettat agressur, li huwa raġel ta’ 28 sena mill-Birgu. L-allegat agressur qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.
Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għal dan il-każ għadhom għaddejjin