Raġel qed jinżamm arrestat wara li allegatament daħal b’sikkina f’ħanut tal-Melita fin-Naxxar.
Il-każ ġara għall-ħabta tas-2:00 ta’ waranofsinhar.
ONE News jinsab infurmat li r-raġel daħal b’sikkina fil-ħanut u hedded lill-ħaddiema u talabhom il-flus.
Fuq il-post marru immedjatament il-Pulizija fuq il-post, li irnexxilhom jaqbdu lir-raġel fil-ħanut.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ minkejja li xi ħaddiema kienu taħt xokk qawwi.
Il-post kellu jingħalaq għal xi ħin biex isiru l-investigazzjonijiet neċċessarji.