Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ħeġġeġ lill-Maltin kollha biex ikunu wara t-tim nazzjonali hekk kif illejla tintlagħab it-tieni partita valida minn Grupp H ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-Dinja 2022 li se issir fil-Qatar, kontra l-Islovakkja.
Dan hu t-tieni konfront minn tlieta fi spazju ta’ ftit jiem u d-disa’ konfront fl-Istorja tal-futbol bejn iż-żewġ nazzjonijiet. Minn dawn id-disa’ konfronti, it-tim nazzjonali Malti kellu riżultat wieħed biss pożittiv.
L-Islovakkja kisbu draw ta’ 0-0 f’Ċipru fl-ewwel logħba tagħhom fil-grupp nhar l-Erbgħa u jinsabu taħt pressjoni biex jirbħu ma’ Malta, jekk iridu javvanzaw.
Il-partita se tkun qed tintlagħab fi Štadión Antona Malatinského ta’ Trnava u r-referee tal-partita se jkun Harald Lechner mill-Federazzjoni tal-Awstrija