Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtoritajiet Maltin u dawk Ingliżi dwar il-kontenut ta’ ċertifikat diġitali.
Liema ċertifikat diġitali se jkun jista’ jintuża mill-passiġġieri li jżuru ż-żewġ pajjiżi sabiex juru li huma mlaqqma kontra l-Covid-19.
Il-Ministru Bartolo qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis ilbieraħ, hekk kif sostna li dan se jgħin jiffaċilità l-ivvjaġġar.
Fil-fatt, ġie spjegat kif bħalissa l-MITA tinsab ukoll impenjata tħejji dan iċ-ċertifikat biex b’hekk hawnhekk ukoll Malta hija minn ta’ quddiem fl-Ewropa.
Intant f’mistoqsija parlamentari separata, il-Ministru Clayton Bartolo qal li jekk id-diskussjonijiet fuq livell Ewropew jieħdu fit-tul, Malta se tkun qed tidħol f’taħdidiet bilaterali ma’ pajjiżi oħra dwar iċ-ċertifikat diġitali.