Għal ħabta tas-6:30pm tat-Tlieta, vettura pparkjata fi Triq il-Mensija f’San Ġwann ħadet in-nar, bil-konsegwenza li nqerdet parti kbira minnha.
Filfatt fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-pumpiera tal-protezzjoni ċivili, li waslu ftit tal-ħin wara.
Il-filmat ta’ hawn taħt jixhed kif il-Pumpier rnexxielhu jitfi dawn in-nirien fi ftit tas-sekondi. Fortunatament jidher li fil-vettura ma kien hemm ħadd, u għalhekk ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin. Minn stħarriġ preliminari jidher li l-kawża ewlenija ta’ dan l-inċident kienet ħsara elettrika.