Fuq is-sit soċjali ta’ facebook deher dan il-filmat li juri Pulizija jagħti daqqa ta’ ħarta lil ġuvni li kien qed jgħum għarwien fil-bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan. Il-Pulizija għamel hekk wara li waddablu l-ħwejjeġ fil-baħar biex jilbishom, iżda għal xi raġuni wara ddeċieda li jtih daqqa f’wiċċu.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp tal-Pulizija.